Malta Airport Pic

Pan European T20 Tournament – Malta finish 2nd.

Malta finish 2nd in Pan European T20

The Malta Cricket team finished a gallant 2nd in the Pan European T20 tournament after reaching the final with three comprehensive victories in the group stages. Malta’s tournament started with an emphatic 9 wicket win over eventual tournament winners UCT from Dubai. Against Bulgaria, the Malta team enjoyed their most comprehensive win in T20 internationals (by 119 runs). The team then qualified for the final defeating hosts Hungary by 7 wickets.

Sunday afternoon’s final began with UCT winning the toss and electing to field first. Malta made steady progress but lost captain Nowell Khosla (8) and Vice-Captain Bikram Arora (10) within the first 8 overs. Haroon Mughal’s 38 off 24 balls took Malta to 97 for 3 off 12 overs, however his wicket saw UCT seize the initiative. Malta reached the respectable tally of 145, largely thanks to Zubair Raja who finished unbeaten on 31.

In reply, UCT lost two early wickets and scored 36 for 2 from the 6 over Powerplay. 24 runs came from the preceding two overs and shifted the momentum to the UCT team. Opening batsman Ali Azmat rode his luck and notched up an unbeaten 95 to steer UCT to victory by 7 wickets. For Malta, Agius, Bradley and Chellew shared the wickets to fall.

It was a bitter pill to swallow for the Malta team, especially after defeating UCT so convincingly on the opening day of the tournament. The team did Malta proud but failed at the final hurdle in their bid to defend the trophy they won so well in 2014.

Final Standings:
1st: UCT; 2nd: MALTA, 3rd: Romania, 4th: Hungary, 5th: Bulgaria.

Malta jispiċċaw it-tieni fit-Turnament Pan Ewropew T20 tal-Krikit.

It-Tim Nazzjonal Malti tal-Krikit, tilef fil-final, wara li kkwalifika għal din l-istess final permezz ta’ tliet rebħiet konvinċenti. It-Turnament għat-tim Malti beda tajjeb ħafna meta għelbu b’disa’ wikits lil UCT Dubaj, liema tim eventwalment rebaħ it-turnament. Kontra l-Bukgarija t-tim Malti rebħu b’vantaġġ ta’ 119-il ġirja, li huwa wkoll rekord f’kompetizzjonijiet T20 għall-Maltin. Wara għelbu lill-Ungerija b’vantaġġ ta’ seba’ wikits biex b’hekk għamlu ċert mill-final.

Il-Ħadd waranofsinhar, fil-final, UCT Dubaj, għażlu li jiffildjaw l-ewwel. Il-Maltin ma qagħdux lura għalkemm tilfu lill-kaptan Nowell Khosla (8) u l-viċi-kap Bikram Arora (10) wara l-ewwel 8 owvers. Haroon Mughal kiseb 38 ġirja minn 24 ballun, u hawn Malta kienu tellgħu 97 ġirja għal 3 minn 12-il owver. Iżda malli nqala’ Haroon, it-tim Malti ħass in-nuqqas ta’ dan il-plejer, biss Malta xorta rnexxielhom itellgħu skor tajjeb ta’ 145 ġirja, grazzi wkoll għall-Zubair Raja li kiseb 31 ġirja bla ma nqala’.

Fl-Innings tagħhom, Dubaj tilfu żewġ wikits kmieni u tellgħu 36 ġirja għal żewġ wikits mis-6 owvers milgħuba fiċ-ċirku ż-żgħir. Il-Battitur ta’ Dubaj, Ali Azmat tella’ 95 ġirja bla ma nqala’, u tista’ tgħid li kien hu l-mutur wara r-rebħa ta’ UCT Dubaj fuq Malta għal 7 wikits. Agius, Bradley u Chellew laqtu wikits għal Malta.

It-tim Malti spiċċa b’daqsxejn togħma qarsa, l-aktar meta wieħed iqis il-mod konvinċenti ta’ kif għelbu lill-istess Dubaj fl-ewwel logħba tat-turnament u peress li l-Maltin kienu qed jiddefendu dan l-istess titlu li rebħu fl-2014

Klassifika Finali:
1. UCT Dubaj; 2. MALTA, 3. Rumanija, 4. Ungerija, 5. Bulgarija.

Posted in Cricket, Malta Team.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *